Navigation
GDPR > Premessa 88
Download PDF

Premessa 88

(88) Waqt l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ vjolazzjoni ta’ data personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi ta’ dik il-vjolazzjoni, inkluż jekk id-data personali kinitx protetta b’miżuri adatti ta’ protezzjoni teknika, li jnaqqsu b’mod effettiv il-possibbiltà ta’ frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin.

Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ vjolazzjoni ta’ data personali.