Navigation
GDPR > Premessa 97
Download PDF

Premessa 97

(97) Fejn l-ipproċessar jitwettaq minn awtorità pubblika, minbarra l-qrati jew l-awtoritajiet ġudizzjarji indipendenti meta jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, fejn, fis-settur privat, l-ipproċessar jitwettaq minn kontrollur li l-attivitajiet prinċipali tiegħu jikkonsistu minn operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data fuq skala kbira, jew fejn l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu fl-ipproċessar ta’ skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali u data relatata ma’ kundanni kriminali u reati, persuna b’għarfien espert tal-liġi u l-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament.

Fis-settur privat, l-attivitajiet prinċipali ta’ kontrollur għandhom rabta mal-attivitajiet primarji tiegħu u m’għandhomx rabta mal-ipproċessar ta’ data personali bħala attivitajiet anċillari.

Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data li jsiru u l-protezzjoni meħtieġa għad-data personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

Tali uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kemm jekk ikunu impjegati tal-kontrollur kif ukoll jekk ma jkunux, għandhom ikunu f’pożizzjoni li jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti.