Navigation
GDPR > Artikolu 94. Tħassir tad-Direttiva 95/46/KE
Download PDF

Artikolu 94 RĠPD (GDPR). Tħassir tad-Direttiva 95/46/KE

1. Id-Direttiva 95/46/KE titħassar b’effett mill-25 ta’ Mejju 2018.

2. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Ir-referenzi għall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit b’dan ir-Regolament.

Recitals Leave a comment
Recitals

(171) Id-Direttiva 95/46/KE għandha titħassar minn dan ir-Regolament. L-ipproċessar li diġà jkun qed isir fid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jsir konformi ma' dan ir-Regolament fi żmien sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens skont id-Direttiva 95/46/KE, mhux meħtieġ li s-suġġett tad-data jagħti l-kunsens tiegħu mill-ġdid jekk il-mod li ngħata l-kunsens huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, sabiex jippermetti lill-kontrollur ikompli tali pproċessar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati, mibdula jew imħassrai.

Leave a comment
[js-disqus]