1. Il-Bord għandu jfassal rapport annwali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar fl-Unjoni u, fejn rilevanti, f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi rieżami tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 70(1) kif ukoll tad-deċiżjonijiet vinkolanti msemmija fl-Artikolu 65.
2. Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1) fl-Artikolu 70(2), il-Bord, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd.
1. Il-Bord għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Bord għandu b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew, fejn rilevanti, fuq talba tal-Kummissjoni:
(b) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;
[…]
2. Fejn il-Kummissjoni titlob parir mill-Bord, hija tista’ tindika limitu ta’ żmien, filwaqt li tieħu kont tal-urġenza tal-kwistjoni.
[…]
Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (RĠPD, GDPR)