Navigation
GDPR > Artikolu 55. Kompetenza
Download PDF

Artikolu 55 RĠPD (GDPR). Kompetenza

1. Kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti biex twettaq il-kompiti assenjati lilha u l-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti lilha f’konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.

2. Fejn l-ipproċessar titwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu abbażi tal-punt (c) jew (e) tal-Artikolu 6(1), għandha tkun kompetenti l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat. F’tali każijiet ma japplikax l-Artikolu 56.

Related

3. L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx ikunu kompetenti li jissorveljaw l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.

Recitals Leave a comment
Recitals

(122) Kull awtorità superviżorja għandu jkollha kompetenza fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess biex teżerċita s-setgħat u twettaq il-kompiti li tingħata f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dan għandu jkopri b'mod partikolari l-ipproċessar fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment tal-kontrollur jew il-proċessur fit-territorju tal-Istat Membru tiegħu stess, l-ipproċessar ta' data personali li jitwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu fl-interess pubbliku, l-ipproċessar li jolqot is-suġġetti tad-data fit-territorju tiegħu jew l-ipproċessar li jsir minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni meta dan ikun qed jimmira lejn suġġetti tad-data li jgħixu fit-territorju tiegħu. Dan għandu jinkludi t-trattament ta' ilmenti mressqa minn suġġett tad-data, it-twettiq ta' investigazzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-promozzjoni tal-għarfien tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali.

Leave a comment
[js-disqus]