Navigation
GDPR > Artikolu 81. Sospensjoni ta' proċedimenti
Download PDF

Artikolu 81 RĠPD (GDPR). Sospensjoni ta' proċedimenti

1. Fejn qorti kompetenti ta’ Stat Membru jkollha informazzjoni dwar proċedimenti, li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, li huma pendenti f’qorti fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti fl-Istat Membru l-ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta’ tali proċedimenti.

2. Fejn proċedimenti li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar tal-istess kontrollur jew proċessur ikunu pendenti f’qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti kompetenti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel, tista’ tissospendi l-proċedimenti tagħha.

3. Fejn dawk il-proċedimenti jkunu pendenti quddiem qrati tal-prim’istanza, kwalunkwe qorti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel tista’ wkoll, mal-applikazzjoni ta’ wieħed mill-partijiet, iċċedi l-ġurisdizzjoni jekk il-qorti invokata l-ewwel ikollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

Recitals Leave a comment
Recitals

(144) Fejn qorti li quddiemha jibdew proċedimenti kontra deċiżjoni minn awtorità superviżorja jkollha raġuni biex temmen li tressqu proċedimenti li jikkonċernaw l-istess proċessar, bħall-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, jew bl-istess kawża, quddiem qorti kompetenti fi Stat Membru ieħor, hija għandha tikkuntattja lil dik il-qorti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta' tali proċedimenti relatati. Jekk ikun hemm proċedimenti relatati pendenti quddiem qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti minbarra l-ewwel qorti li tiġi invokata tista' tissospendi l-proċedimenti li jkollha quddiemha jew tista', fuq talba minn waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni favur l-ewwel qorti li tiġi invokata jekk dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni ta' tali proċedimenti relatati. Il-proċedimenti jitqiesu li jkunu relatati fejn ikunu marbutin daqstant mill-qrib li jkun ta' vantaġġ li jinstemgħu u jiġu ddeterminati flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

Leave a comment
[js-disqus]