Navigation
GDPR > Artikolu 79. Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur
Download PDF

Artikolu 79 RĠPD (GDPR). Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja skont l-Artikolu 77, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn jikkunsidra li nkisru d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu b’nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Related

2. Proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment. B’mod alternattiv, tali proċedimenti jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu, sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ma jkunx awtorità pubblika ta’ Stat Membru li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

Recitals Leave a comment
Recitals

(145) Għal proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jagħmel rikors fil-qrati tal-Istati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment jew fejn jgħix is-suġġett tad-data, dment li l-kontrollur ma jkunx awtorità pubblika ta' Stat Membru li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

Leave a comment
[js-disqus]