Navigation
GDPR > Artikolu 51. Awtorità superviżorja
Download PDF

Artikolu 51 RĠPD (GDPR). Awtorità superviżorja

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika indipendenti waħda jew aktar ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi b’rabta mal-ipproċessar u biex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ data personali fl-Unjoni (“awtorità superviżorja”).

Recitals

(117) L-istabbiliment ta' awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri, bis-setgħa li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità superviżorja waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.

2. Kull awtorità superviżorja għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni f’konformità mal-Kapitolu VII.

3. Fejn ikunu ġew stabbiliti aktar minn awtorità superviżorja waħda fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jaħtar l-awtorità superviżorja li trid tirrappreżenta dawk l-awtoritajiet fil-Bord u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmu biex jiżgura l-konformità mill-awtoritajiet l-oħra mar-regoli relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.

Recitals

(119) Fejn Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet superviżorji, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet superviżorji fil-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dak l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jaħtar l-awtorità superviżorja li sservi ta' punt ta' kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jiżgura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn, mal-Bord.

Related ССРА

4. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont dan il-Kapitolu, sal-25 ta’ Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Recitals Leave a comment
Recitals

(117) L-istabbiliment ta' awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri, bis-setgħa li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità superviżorja waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.

(119) Fejn Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet superviżorji, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet superviżorji fil-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dak l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jaħtar l-awtorità superviżorja li sservi ta' punt ta' kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jiżgura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn, mal-Bord.

Leave a comment
[js-disqus]