Navigation
GDPR > Artikolu 47. Regoli korporattivi vinkolanti
Download PDF

Artikolu 47 RĠPD (GDPR). Regoli korporattivi vinkolanti

1. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilita fl-Artikolu 63, dment li dawn:

Related

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal, u jkunu infurzati minn, kull membru kkonċernat tal-grupp ta’ impriżi, jew il-grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta, inklużi l-impjegati tagħhom;

(b) espressament jikkonferixxu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom; u

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2.

2. Ir-regoli korporattivi vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi, jew grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta u ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu;

(b) it-trasferimenti tad-data jew is-sett ta’ trasferimenti, inklużi l-kategoriji ta’ data personali, it-tip ta’ pproċessar u l-għanijiet tiegħu, it-tip ta’ suġġetti tad-data affettwati u l-identifikazzjoni tal-pajjiż jew il-pajjiżi terzi inkwistjoni;

(c) in-natura legalment vinkolanti tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament;

(d) l-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-għan, il-minimizzazzjoni tad-data, il-perijodi ta’ ħżin limitati, il-kwalità tad-data, il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, il-bażi legali għall-ipproċessar, l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali, il-miżuri li jiżguraw is-sigurtà tad-data, u r-rekwiżiti fir-rigward ta’ trasferimenti ulterjuri lejn korpi li ma jkunux marbuta bir-regoli korporattivi vinkolanti;

(e) id-drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar u l-mezzi għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet, inkluż id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal deċiżjonijiet ibbażati biss fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili f’konformità mal-Artikolu 22, id-dritt li wieħed iressaq ilment mal-awtorità superviżorja kompetenti u quddiem il-qrati kompetenti tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 79, u li wieħed jikseb rimedju u, fejn xieraq, kumpens għal ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti;

Related

(f) l-aċċettazzjoni mill-kontrollur jew il-proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tar-responsabbiltà għal kwalunkwe ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti minn kwalunkwe membru kkonċernat mhux stabbilit fl-Unjoni; il-kontrollur jew il-proċessur għandu jkun eżentat minn dik ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew parzjali, biss jekk jagħti prova li dak il-membru mhuwiex responsabbli għall-avveniment li ħoloq id-dannu;

(g) kif l-informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13 u 14;

Related

(h) il-kompiti ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-protezzjoni tad-data maħtur f’konformità mal-Artikolu 37 jew kwalunkwe persuna jew entità oħra inkarigata mill-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti fil-grupp ta’ impriżi, jew grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta, kif ukoll il-monitoraġġ tat-taħriġ u l-ġestjoni tal-ilmenti;

Related

(i) il-proċeduri tal-ilmenti;

(j) il-mekkaniżmi fil-grupp ta’ impriżi, jew grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta li jiżguraw il-verifika tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu awditi tal-protezzjoni tad-data u metodi li jiżguraw azzjonijiet korrettivi għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. Ir-riżultati ta’ tali verifika għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna jew l-entità msemmija fil-punt (h) u lill-bord tal-impriża ta’ kontroll ta’ grupp ta’ impriżi jew tal-grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta, u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, għall-awtorità superviżorja kompetenti;

(k) il-mekkaniżmi għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni ta’ bidliet fir-regoli u r-rappurtar ta’ dawk il-bidliet lill-awtorità superviżorja;

(l) il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja biex tiġi żgurata konformità minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi, jew grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta, b’mod partikolari billi jagħmel disponibbli għall-awtorità superviżorja r-riżultati ta’ verifiki tal-miżuri msemmija fil-punt (j);

(m) il-mekkaniżmi għar-rappurtar lill-awtorità superviżorja kompetenti ta’ kwalunkwe rekwiżit legali li għalih membru tal-grupp ta’ impriżi jew grupp ta’ intrapriżi involuti f’attività ekonomika konġunta ikun soġġett f’pajjiż terz li x’aktarx jista’ jkollu effett negattiv sostanzjali fuq il-garanziji previsti mir-regoli korporattivi vinkolanti; u

(n) it-taħriġ xieraq fil-protezzjoni tad-data lil persunal li jkollu aċċess permanenti jew regolari għad-data personali.

3. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn kontrolluri, proċessuri u awtoritajiet superviżorji għar-regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 93(2).

Related
ISO 27701 Recitals Guidelines & Case Law Leave a comment
ISO 27701

ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraph to article 47 GDPR:

7.5.1 Identify basis for PII transfer between jurisdictions

Control

The organization should identify and document the relevant basis for transfers of PII between jurisdictions.

Implementation guidance

PII transfer can be subject to legislation and/or regulation depending on the jurisdiction or international organization to which data is to be transferred (and from where it originates).

[…]


to read the full text

Recitals

(110) Grupp ta' ditti, jew grupp ta' intrapriżi involuti f'attività ekonomika konġunta, għandhom ikunu jistgħu jużaw regoli korporattivi vinkolanti approvati għat-trasferimenti internazzjonali tiegħu mill-Unjoni lejn organizzazzjonijiet fl-istess grupp korporattiv ta' impriżi, jew grupp ta' intrapriżi involuti f'attività ekonomika konġunta, dment li tali regoli korporattivi jinkludu l-prinċipji essenzjali u d-drittijiet eżegwibbli kollha li jiżguraw salvagwardji adatti għat-trasferimenti jew għall-kategoriji ta' trasferimenti ta' data personali.

Guidelines & Case Law Leave a comment
[js-disqus]