Navigation
GDPR > Artikolu 34. Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
Download PDF

Artikolu 34 RĠPD (GDPR). Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data

1. Meta l-ksur ta’ data personali probabbilment ikun ser jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi l-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta’ data personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u l-miżuri imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 33(3).

Related

3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun sodisfatta:

(a) il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta’ data personali, b’mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ;

(b) il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza;

(c) tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F’każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b’mod għaldaqstant effettiv.

4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali li jirriżulta f’riskju għoli, tista’ titolbu jagħmel dan jew tista’ tiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ikunu sodisfatti.

ISO 27701 Recitals Guidelines & Case Law Leave a comment
ISO 27701

ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added a requirement additional to ISO/IEC 27002, section 16.1.1.

Here is the relevant paragraph to article 34 GDPR:

6.13.1.1 Responsibilities and procedures

Implementation guidance

As part of the overall information security incident management process, the organization should establish responsibilities and procedures for the identification and recording of breaches of PII. Additionally, the organization should establish responsibilities and procedures related to notification to required parties of PII breaches (including the timing of such notifications) and the disclosure to authorities, taking into account the applicable legislation and/or regulation.

[…]


to read the full text

Recitals

(75) Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, bi probabbiltà u gravità li jvarjaw, jistgħu jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data personali li tista’ twassal għal dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jista’ jagħti lok għal diskriminazzjoni, serq ta’ identità jew frodi, telf finanzjarju, dannu għar-reputazzjoni, telf ta’ kunfidenzjalità ta’ data personali protetta mis-segretezza professjonali, it-treġġigħ lura mhux awtorizzat tal-psewdonimizzazzjoni, jew kwalunkwe żvantaġġ ekonomiku jew soċjali sinifikanti ieħor; jew fejn is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu mċaħħda mid-drittijiet u l-libertajiet tagħhom jew impediti milli jeżerċitaw kontroll fuq id-data personali tagħhom; fejn tiġi pproċessata data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali jew kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati; fejn l-aspetti personali jiġu evalwati, b’mod partikolari l-analiżi jew it-tbassir ta’ aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi jew l-interessi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti, sabiex jinħolqu jew jintużaw profili personali; fejn tiġi proċessata data personali ta’ persuni fiżiċi vulnerabbli, b’mod partikolari ta’ tfal; jew fejn l-ipproċessar jinvolvi ammont kbir ta’ data personali u jaffettwa numru kbir ta’ suġġetti tad-data.

(86) Il-kontrollur għandu jikkomunika lis-suġġett tad-data ksur ta' data personali, mingħajr dewmien żejjed, meta dak il-ksur tad-data personali x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika, sabiex tkun tista' tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Il-komunikazzjoni għandha tiddeskrivi n-natura tal-vjolazzjoni tad-data personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-persuna fiżika kkonċernata biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. Tali komunikazzjonijiet lis-suġġetti tad-data għandhom jsiru malajr kemm jista' jkun raġonevolment fattibbli u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità superviżorja, b'mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra, bħal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Pereżempju, il-bżonn li jitnaqqas riskju immedjat ta' dannu jitlob komunikazzjoni immedjata mas-suġġetti tad-data filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri adatti kontra każijiet kontinwi jew simili ta' vjolazzjoni ta' data personali tista' tiġġustifika żmien itwal għal komunikazzjoni

(87) Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati biex jiġi stabbilit immedjatament jekk seħħitx vjolazzjoni ta' data personali u biex jiġu informati minnufih l-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data. Il-fatt li n-notifika saret mingħajr dewmien żejjed għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari n-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni tad-data personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-data. Notifika bħal din tista' tirriżulta f'intervent mill-awtorità superviżorja f'konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(88) Waqt l-istabbiliment ta' regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta' vjolazzjoni ta' data personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi ta' dik il-vjolazzjoni, inkluż jekk id-data personali kinitx protetta b'miżuri adatti ta' protezzjoni teknika, li jnaqqsu b'mod effettiv il-possibbiltà ta' frodi tal-identità jew forom oħra ta' użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fejn l-iżvelar bikri jista' jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' vjolazzjoni ta' data personali.

Guidelines & Case Law Leave a comment
[js-disqus]