Navigation
GDPR > Premessa 96
Download PDF

Premessa 96

(96) Għandha ssir ukoll konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja matul it-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva jew regolatorja li tipprevedi l-ipproċessar ta’ data personali, sabiex tiġi żgurata konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex jittaffa r-riskju involut għas-suġġett tad-data.