Navigation
GDPR > Premessa 90
Download PDF

Premessa 90

(90) F’tali każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur qabel l-ipproċessar sabiex jivvaluta l-probabbiltà partikolari u l-gravità tar-riskju għoli, b’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar u s-sorsi tar-riskju.

Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tinkludi b’mod partikolari l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti biex jittaffa dak ir-riskju, tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament.