Navigation
GDPR > Premessa 89
Download PDF

Premessa 89

(89) Id-Direttiva 95/46/KE pprevediet obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-data personali lill-awtoritajiet superviżorji.

Filwaqt li dak l-obbligu jipproduċi oneri amministrattivi u finanzjarji, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-data personali.

Tali obbligi ta’ notifika ġenerali bla distinzjonijiet għandhom għalhekk jitneħħew, u jiġu sostitwiti minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk it-tipi ta’ attivitajiet ta’ pproċessar li x’aktarx li jirriżultaw f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi minħabba n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tagħhom.

Tali tipi ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar jinkludu, b’mod partikolari, dawk li jinvolvu l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, jew dawk li huma ta’ tip ġdid u li fir-rigward tagħhom il-kontrollur għadu ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, jew fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data ssir meħtieġa minħabba ż-żmien li għadda mill-ipproċessar inizjali.