Navigation
GDPR > Premessa 82
Download PDF

Premessa 82

(82) Sabiex tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm reġistrazzjonijiet tal-attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità superviżorja u jagħmel dawk ir-reġistrazzjonijiet disponibbli, fuq talba, sabiex ikunu jistgħu iservu għas-sorveljanza ta’ dawk l-attivitajiet ta’ pproċessar.