Navigation
GDPR > Premessa 7
Download PDF

Premessa 7

(7) Dawk l-iżviluppi jeħtieġu qafas b’saħħtu u aktar koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, appoġġat minn infurzar qawwi, minħabba l-importanza tal-ħolqien tal-fiduċja li ser tippermetti li l-ekonomija diġitali tiżviluppa fis-suq intern kollu.

Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom il-kontroll tad-data personali tagħhom.

Għandha tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u prattika għall-persuni fiżiċi, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi.