Navigation
GDPR > Premessa 67
Download PDF

Premessa 67

(67) Il-metodi li li bihom jiġi ristrett l-ipproċessar ta’ data personali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-trasferiment temporanju tad-data magħżula għal sistema tal-ipproċessar oħra,li d-data personali magħżula ma tkunx disponibbli għall-utenti jew li data ppubblikata titneħħa temporanjament minn sit elettroniku.

F’sistemi tal-arkivjar awtomatizzati, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar għandha fil-prinċipju tiġi żgurata b’mezzi tekniċi b’tali mod li d-data personali ma tkunx soġġetta għal aktar operazzjonijiet ta’ pproċessar u ma tkunx tista’ tinbidel.

Il-fatt li l-ipproċessar tad-data personali huwa ristrett għandu jiġi indikat b’mod ċar fis-sistema.