Navigation
GDPR > Premessa 60
Download PDF

Premessa 60

(60) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jeħtieġu li s-suġġett tad-data jkun informat bl-eżistenza tal-attività tal-ipproċessar u l-għanijiet tagħha.

Il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data bi kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali.

Barra minn hekk, is-suġġett tad-data għandu jkun informat bl-eżistenza tat-tfassil tal-profil, u l-konsegwenzi ta’ dan it-tfassil tal-profil.

Fejn id-data personali tinġabar mis-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat ukoll dwar jekk hux obbligat jipprovdi d-data personali u dwar il-konsegwenzi, fejn huwa ma jipprovdix tali data.

Dik l-informazzjoni tista’ tingħata flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ipproċessar intenzjonat b’mod li jidher faċilment, li jinftiehem u li jinqara sew.

Fejn l-ikoni jkunu ppreżentati b’mod elettroniku, dawn għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.