Navigation
GDPR > Premessa 49
Download PDF

Premessa 49

(49) L-ipproċessar ta’ data personali sal-punt li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, jiġifieri l-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li tirreżisti, b’ċertu livell ta’ fiduċja, avvenimenti aċċidentali jew azzjonijiet illegali jew malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-konfidenzjalità tad-data personali maħżuna jew trażmessa, u s-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’, dawk in-netwerks u s-sistemi, minn awtoritajiet pubbliċi, skwadri ta’ rispons f’emerġenza relatata mal-kompjuters — (CERTs), skwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs), minn fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta’ teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà, jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kontrollur tad-data kkonċernat.

Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi u d-distribuzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż u l-waqfien ta’ attakki ta’ “ċaħda ta’ servizz” u d-danni lill-kompjuter u lil sistemi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.