Navigation
GDPR > Premessa 37
Download PDF

Premessa 37

(37) Grupp ta’ impriżi għandu jkopri impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati tagħha, fejn l-impriża li tikkontrolla għandha tkun l-impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriżi l-oħra pereżempju permezz tas-sjieda, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha jew is-setgħa li timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

Impriża li tikkontrolla l-ipproċessar ta’ data personali f’impriżi affiljati magħha għandha titqies, flimkien ma’ dawk l-impriżi, bħala “grupp ta’ impriżi”.