Navigation
GDPR > Premessa 30
Download PDF

Premessa 30

(30) Il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi online ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-protokoll tal-internet, identifikaturi tal-cookies jew identifikaturi oħrajn bħal tags tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju.

Dan jista’ jħalli traċċi li, b’mod partikolari flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex joħolqu profili tal-persuni fiżiċi u jidentifikawhom.