Navigation
GDPR > Premessa 29
Download PDF

Premessa 29

(29) Sabiex jinħolqu inċentivi biex tkun applikata l-psewdonimizzazzjoni fl-ipproċessar ta’ data personali, waqt li ssir analiżi ġenerali, għandhom ikunu possibbli miżuri ta’ psewdonimizzazzjoni fi ħdan l-istess kontrollur meta dak il-kontrollur ikun ħa miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex jiżgura, għall-ipproċessar ikkonċernat, li dan ir-Regolament jiġi implimentat, u li l-informazzjoni addizzjonali li tattribwixxi d-data personali ma’ suġġett tad-data speċifiku tinżamm separata.

Il-kontrollur li jipproċessa d-data personali għandu jindika l-persuni awtorizzati fi ħdan l-istess kontrollur.