Navigation
GDPR > Premessa 166
Download PDF

Premessa 166

(166) Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

B’mod partikolari, lgħandhom jiġu adottati atti delegati fir-rigward tal-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni, informazzjoni li trid tiġi ppreżentata permezz ta’ ikoni u proċeduri għall-għoti ta’ dawn l-ikoni.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell tal-esperti.

Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.