Navigation
GDPR > Premessa 157
Download PDF

Premessa 157

(157) Bl-abbinar ta’ informazzjoni minn reġistri, ir-riċerkaturi jistgħu jiksbu għarfien ġdid ta’ valur kbir fir-rigward ta’ kundizzjonijiet mediċi mifruxin bħal mard kardjovaskulari, il-kanċer u d-dipressjoni.

Fuq il-bażi ta’ reġistri, ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jissaħħew, peress li huma jibbażaw fuq popolazzjoni akbar.

Fix-xjenza soċjali, ir-riċerka fuq il-bażi tar-reġistri tippermetti lir-riċerkaturi jiksbu l-għarfien essenzjali dwar il-korrelazzjoni fit-tul ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet soċjali bħall–qgħad u l-edukazzjoni, ma’ kundizzjonijiet oħra tal-ħajja.

Ir-riżultati tar-riċerka miksuba permezz ta’ reġistri jipprovdu għarfien solidu u ta’ kwalità għolja, li jistgħu jservu ta’ bażi għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika bbażata fuq l-għarfien, itejbu l-kwalità tal-ħajja għal għadd ta’ persuni, u jtejbu l-effiċjenza tas-servizzi soċjali.

Sabiex jiffaċilita r-riċerka xjentifika, id-data personali tista’ tiġi pproċessata għal finijiet ta’ riċerka xjentifika soġġett għal kundizzjonijiet xierqa u s-salvagwardji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru.