Navigation
GDPR > Premessa 151
Download PDF

Premessa 151

(151) Is-sistemi legali tad-Danimarka u l-Estonja ma jippermettux multi amministrattivi kif stipulati f’dan ir-Regolament.

Ir-regoli dwar il-multi amministrattivi jistgħu jiġu applikati b’tali mod li fid-Danimarka l-multa tkun imposta mill-qrati nazzjonali kompetenti bħala piena kriminali u fl-Estonja l-multa tkun imposta mill-awtorità superviżorja fil-qafas ta’ proċedura għal reati minuri, dment li tali applikazzjoni tar-regoli f’dawk l-Istati Membri jkollha l-effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi imposti mill-awtoritajiet superviżorji.

Għaldaqstant il-qrati nazzjonali kompetenti għandhom iqisu r-rakkomandazzjoni tal-awtorità superviżorja li tkun qed tibda l-multa.

Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.