Navigation
GDPR > Premessa 133
Download PDF

Premessa 133

(133) L-awtoritajiet superviżorji għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti ta’ dan ir-Regolament fis-suq intern.

Awtorità superviżorja li titlob assistenza reċiproka tista’ tadotta miżura proviżorja jekk ma tirċievi ebda tweġiba għal talba għal assistenza reċiproka fi żmien xahar mir-riċezzjoni ta’ dik it-talba mill-awtorità superviżorja l-oħra.