Navigation
GDPR > Premessa 122
Download PDF

Premessa 122

(122) Kull awtorità superviżorja għandu jkollha kompetenza fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess biex teżerċita s-setgħat u twettaq il-kompiti li tingħata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Dan għandu jkopri b’mod partikolari l-ipproċessar fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur jew il-proċessur fit-territorju tal-Istat Membru tiegħu stess, l-ipproċessar ta’ data personali li jitwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu fl-interess pubbliku, l-ipproċessar li jolqot is-suġġetti tad-data fit-territorju tiegħu jew l-ipproċessar li jsir minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni meta dan ikun qed jimmira lejn suġġetti tad-data li jgħixu fit-territorju tiegħu.

Dan għandu jinkludi t-trattament ta’ ilmenti mressqa minn suġġett tad-data, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-promozzjoni tal-għarfien tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali.