Navigation
GDPR > Premessa 119
Download PDF

Premessa 119

(119) Fejn Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet superviżorji, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet superviżorji fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

Dak l-Istat Membru għandu b’mod partikolari jaħtar l-awtorità superviżorja li sservi ta’ punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jiżgura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn, mal-Bord.