Navigation
GDPR > Premessa 106
Download PDF

Premessa 106

(106) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-protezzjoni f’pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f’pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, u tissorvelja l-funzjonament ta’ deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 25(6) jew l-Artikolu 26 (4) tad-Direttiva 95/46/KE.

Fid-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mekkaniżmu ta’ rieżami perjodiku tal-funzjonament tagħhom.

Dak ir-rieżami perjodiku għandu jitwettaq b’konsultazzjoni mal-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni u jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali.

Għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ u twettiq tar-rieżamijiet perjodiċi, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet u l-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ta’ korpi rilevanti u sorsi oħra.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa, fi żmien raġonevoli, il-funzjonament ta’ dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar u tirrapporta kwalunkwe konklużjoni rilevanti lill-Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) kif stabbilit taħt dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2011:055:TOC