Navigation
GDPR > Premessa 103
Download PDF

Premessa 103

(103) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f’pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni fir-rigward tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni.

F’tali każijiet, it-trasferimenti ta’ data personali lejn dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, meta tkun tat notifika u ġustifikazzjoni sħiħa li tagħti r-raġunijiet lill-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, li tirrevoka tali deċiżjoni.