Navigation
GDPR > Premessa 102
Download PDF

Premessa 102

(102) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta’ data personali inklużi s-salvagwardji adatti għas-suġġetti tad-data.

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li jinvolvu t-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, sa fejn dawn il-ftehimiet ma jaffettwawx dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-liġi tal-UE u jinkludu livell adatt ta’ protezzjoni għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data.