Navigacija
GDPR > Artikolu 61. Assistenza reċiproka
Preuzmite PDF

Artikolu 61 RĠPD (GDPR). Assistenza reċiproka

1. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni rilevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, talbiet ta’ informazzjoni u miżuri superviżorji, bħal talbiet biex jitwettqu awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, ispezzjonijiet u investigazzjonijiet.

2. Kull awtorità superviżorja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex twieġeb għal talba ta’ awtorità superviżorja oħra mingħajr dewmien mhux dovut u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tirċievi t-talba. Tali miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar it-twettiq ta’ investigazzjoni.

3. It-talbiet għall-assistenza għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-għan u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss għall-għan li għalih intalbet.

4. L-awtorità superviżorja ma għandhiex tirrifjuta li tikkonforma mat-talba ħlief jekk:

(a) mhijiex kompetenti għas-suġġett tat-talba jew għall-miżuri li qed tintalab teżegwixxi; jew

(b) il-konformità mat-talba ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew mal-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tkun soġġetta għaliha l-awtorità superviżorja li ssirilha t-talba.

5. L-awtorità superviżorja li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità superviżorja li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex twieġeb għat-talba. L-awtorità superviżorja mitluba għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut ta’ konformità ma’ talba.

6. L-awtoritajiet superviżorji mitluba għandhom, bħala regola, jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet superviżorji oħra b’mezzi elettroniċi, permezz ta’ format standardizzat.

7. L-awtoritajiet superviżorji mitluba ma għandhom jitolbu ebda tariffa għal kwalunkwe azzjoni meħuda minnhom f’konformità ma’ talba għal assistenza reċiproka. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jaqblu dwar regoli biex jindennizzaw lil xulxin għal infiq speċifiku li jirriżulta mill-għoti ta’ assistenza reċiproka f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

8. Fejn awtorità superviżorja ma tipprovdix l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba minn awtorità superviżorja oħra, l-awtorità superviżorja li tagħmel it-talba tista’ tadotta miżura proviżorja fit-territorju tal-Istat Membru tagħha f’konformità mal-Artikolu 55(1). F’dak il-każ, il-ħtieġa urġenti li taġixxi skont l-Artikolu 66(1) għandha tkun preżunta li ġiet sodisfatta u teħtieġ deċiżjoni vinkolanti urġenti mill-Bord skont l-Artikolu 66(2).

Vezani tekstovi

9. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-assistenza reċiproka msemmija f’dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi fost l-awtoritajiet superviżorji, u bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Bord, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 93(2).

Vezani tekstovi
Uvodne izjave Ostavite komentar
Uvodne izjave

(133) L-awtoritajiet superviżorji għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti ta' dan ir-Regolament fis-suq intern. Awtorità superviżorja li titlob assistenza reċiproka tista' tadotta miżura proviżorja jekk ma tirċievi ebda tweġiba għal talba għal assistenza reċiproka fi żmien xahar mir-riċezzjoni ta' dik it-talba mill-awtorità superviżorja l-oħra.

Ostavite komentar
[js-disqus]