Navigacija
GDPR > Artikolu 97. Rapporti tal-Kummissjoni
Preuzmite PDF

Artikolu 97 RĠPD (GDPR). Rapporti tal-Kummissjoni

1. Sal-25 ta’ Mejju 2020 u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

2. Fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha teżamina, b’mod partikolari, l-applikazzjoni u l-funzjonament ta’:

(a) il-Kapitolu V dwar it-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b’mod partikolari fir-rigward ta’ deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 45(3) ta’ dan ir-Regolament u deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE;

Vezani tekstovi

(b) il-Kapitolu VII dwar kooperazzjoni u konsistenza.

3. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji.

4. Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-pożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew, u tal-Kunsill, u ta’ korpi jew sorsi rilevanti oħra.

5. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informatika u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.