Navigacija
GDPR > Artikolu 44. Prinċipju ġenerali għal trasferimenti
Preuzmite PDF

Artikolu 44 RĠPD (GDPR). Prinċipju ġenerali għal trasferimenti

Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali li tkun qed tiġi pproċessata jew hija maħsuba li tiġi pproċessata wara trasferiment lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss jekk, soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-kontrollur u l-proċessur ikunu f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu, inkluż għal trasferimenti ulterjuri ta’ data personali mill-pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali lejn pajjiż terz ieħor jew lejn organizzazzjoni internazzjonali oħra. Id-dispożizzjonijiet kollha f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li ma għandux jiddgħajjef il-livell ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi ggarantit minn dan ir-Regolament.

Stručni komentar ISO 27701 Uvodne izjave Smjernice i sudska praksa Ostavite komentar
Stručni komentar
(EN) Author
Nastassia Parkhimovich
(EN) Nastassia Parkhimovich (EN) LLM, CIPP/E, GDPR DPP
(EN) GDPR Consultant
Siarhei Varankevich
(EN) Siarhei Varankevich CIPP/E, CIPM, CIPT, MBA, FIP
FIP_IAPP
(EN) Co-Founder & CEO of Data Privacy Office LLC. Data Protection Trainer and Principal Consultant
ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraph to article 44 GDPR:

7.5.1 Identify basis for PII transfer between jurisdictions

Control

The organization should identify and document the relevant basis for transfers of PII between jurisdictions.

Implementation guidance

PII transfer can be subject to legislation and/or regulation depending on the jurisdiction or international organization to which data is to be transferred (and from where it originates).

(EN) […]


to read the full text

Uvodne izjave

(101) Il-flussi ta' data personali lejn pajjiżi barra mill-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali u viċe versa huma meħtieġa għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali. Iż-żieda f'tali flussi qajmet sfidi u tħassib ġodda fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali. Madankollu, meta d-data personali tkun trasferita mill-Unjoni lil kontrolluri, proċessuri jew destinatarji oħra f'pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi żġurata fl-Unjoni minn dan ir-Regolament m'għandux jiddgħajjef, inkluż f'każijiet ta' trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament. Trasferiment jista' jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

(102) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta' data personali inklużi s-salvagwardji adatti għas-suġġetti tad-data. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li jinvolvu t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, sa fejn dawn il-ftehimiet ma jaffettwawx dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-liġi tal-UE u jinkludu livell adatt ta' protezzjoni għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data.

Smjernice i sudska praksa Ostavite komentar
[js-disqus]