Navigacija
GDPR > Artikolu 12. Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
Preuzmite PDF

Artikolu 12 RĠPD (GDPR). Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data

1. Il-kontrollur għandu jieħu miżuri adatti biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe komunikazzjoni skont l-Artikoli 15 sa 22 u 34 relatata mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, b’mod partikolari għal kwalunkwe informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub, jew b’mezzi oħra, inkluż, fejn xieraq, b’mezzi elettroniċi. Meta tintalab mis-suġġett tad-data, l-informazzjoni tista’ tingħata bil-fomm dment li tingħata prova tal-identità tas-suġġett tad-data b’mezzi oħra.

Smjernice i sudska praksa Uvodne izjave

(58) Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni indirizzata lill-pubbliku jew lis-suġġett tad-data tkun konċiża, aċċessibbli faċilment u faċli li tinftiehem, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi u, barra minn hekk, fejn meħtieġ, tintuża l-viżwalizzazzjoni. Tali informazzjoni tista' tingħata f'forma elettronika, pereżempju, meta tiġi indirizzata lill-pubbliku, permezz ta' sit elettroniku. Dan huwa partikolarment rilevanti f'sitwazzjonijiet fejn il-proliferazzjoni ta' atturi u l-kumplessità teknoloġika tal-prattika jagħmluha diffiċli għas-suġġett tad-data li jkun jaf u jifhem jekk hijiex, minn min u għal liema għan qed tinġabar data personali dwaru, bħal fil-każ ta' reklamar online. Minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika, kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni, fejn l-ipproċessar huwa indirizzat lil xi minorenni, għandha tkun f'lingwaġġ ċar u sempliċi li l-minorenni jista' jifhem faċilment.

Vezani tekstovi

2. Il-kontrollur għandu jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont l-Artikoli 15 sa 22. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-kontrollur ma għandux jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikoli 15 sa 22, ħlief jekk il-kontrollur juri li huwa ma jkunx f’pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data.

ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraph to article 12(2) GDPR:

7.3.1 Determining and fulfilling obligations to PII principals

Control

The organization should determine and document their legal, regulatory and business obligations to PII principals related to the processing of their PII and provide the means to meet these obligations.

(EN) […]


to read the full text

Smjernice i sudska praksa Uvodne izjave

(59) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mis-suġġett tad-data tad-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex jintalab u jekk applikabbli, jinkiseb, bla ħlas, b'mod partikolari, l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali u l-eżerċizzju tad-dritt li joġġezzjona. Il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll l-mezzi biex isiru talbiet b'mod elettroniku, speċjalment fejn id-data personali tiġi pproċessata b'mezzi elettroniċi. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi żmien mhux aktar minn xahar u jagħti raġunijiet fejn il-kontrollur ma jkollux l-intenzjoni li jikkonforma ma' kwalunkwe tali talba.

(64) Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta' suġġett tad-data li jitlob aċċess, b'mod partikolari fil-kuntest ta' servizzi online u identifikaturi online. Il-kontrollur m'għandux iżomm id-data personali għall-għan uniku li jkun jista' jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

Vezani tekstovi

3. Il-kontrollur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq talba skont l-Artikoli 15 sa 22 lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’ xahrejn oħra fejn meħtieġ, b’kont dovut tal-kumplessità u n-numru ta’ talbiet. Il-kontrollur għandu jinforma s-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Fejn is-suġġett tad-data jagħmel it-talba b’mezzi f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, fejn ikun possibbli, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data.

Vezani tekstovi

4. Jekk il-kontrollur ma jiħux azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba bir-raġunijiet għalfejn ma jkunx ħa azzjoni u dwar il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

5. L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe azzjoni skont l-Artikoli 15 sa 22 u 34 għandhom jingħataw mingħajr ħlas. Fejn it-talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista’ jew:

Vezani tekstovi

(a) jimponi ħlas raġonevoli waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi talli jipprovdi l-informazzjoni jew il-komunikazzjoni jew talli jieħu l-azzjoni mitluba; jew

(b) jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba.

Il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament mingħajr bażi jew eċċessiva tat-talba.

6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, fejn il-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tal-persuna fiżika li tagħmel it-talba msemmija fl-Artikoli 15 sa 21, il-kontrollur jista’ jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-identità tas-suġġett tad-data.

Vezani tekstovi

7. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 13 u 14 tista’ tingħata flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ipproċessar intenzjonat b’mod li jidher faċilment, li jinftiehem u li jinqara sew. Fejn l-ikoni jkunu ppreżentati b’mod elettroniku, dawn għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.

Vezani tekstovi

8. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 92 għall-finijiet li tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata permezz tal-ikoni u l-proċeduri għall-għoti ta’ ikoni standardizzati.

Stručni komentar ISO 27701 Uvodne izjave Smjernice i sudska praksa Ostavite komentar
Stručni komentar
(EN) Author
Louis-Philippe Gratton
(EN) Louis-Philippe Gratton PhD, LLM
(EN) Privacy Expert
ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraphs to article 12 GDPR:

7.3.3 Providing information to PII principals

Control

The organization should provide PII principals with clear and easily accessible information identifying the PII controller and describing the processing of their PII.

Implementation guidance

The organization should provide the information detailed in 7.3.2 to PII principals in a timely, concise, complete, transparent, intelligible and easily accessible form, using clear and plain language, as appropriate to the target audience.

(EN) […]


to read the full text

Uvodne izjave

(58) Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni indirizzata lill-pubbliku jew lis-suġġett tad-data tkun konċiża, aċċessibbli faċilment u faċli li tinftiehem, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi u, barra minn hekk, fejn meħtieġ, tintuża l-viżwalizzazzjoni. Tali informazzjoni tista' tingħata f'forma elettronika, pereżempju, meta tiġi indirizzata lill-pubbliku, permezz ta' sit elettroniku. Dan huwa partikolarment rilevanti f'sitwazzjonijiet fejn il-proliferazzjoni ta' atturi u l-kumplessità teknoloġika tal-prattika jagħmluha diffiċli għas-suġġett tad-data li jkun jaf u jifhem jekk hijiex, minn min u għal liema għan qed tinġabar data personali dwaru, bħal fil-każ ta' reklamar online. Minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika, kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni, fejn l-ipproċessar huwa indirizzat lil xi minorenni, għandha tkun f'lingwaġġ ċar u sempliċi li l-minorenni jista' jifhem faċilment.

(59) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mis-suġġett tad-data tad-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex jintalab u jekk applikabbli, jinkiseb, bla ħlas, b'mod partikolari, l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali u l-eżerċizzju tad-dritt li joġġezzjona. Il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll l-mezzi biex isiru talbiet b'mod elettroniku, speċjalment fejn id-data personali tiġi pproċessata b'mezzi elettroniċi. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi żmien mhux aktar minn xahar u jagħti raġunijiet fejn il-kontrollur ma jkollux l-intenzjoni li jikkonforma ma' kwalunkwe tali talba.

(64) Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta' suġġett tad-data li jitlob aċċess, b'mod partikolari fil-kuntest ta' servizzi online u identifikaturi online. Il-kontrollur m'għandux iżomm id-data personali għall-għan uniku li jkun jista' jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

Smjernice i sudska praksa Ostavite komentar
[js-disqus]