(147) Fejn, f’dan ir-Regolament, ikun hemm regoli speċifiċi dwar il-ġurisdizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proċedimenti li jfittxu rimedju ġudizzjarju inkluż kumpens, kontra kontrollur jew proċessur, ir-regoli ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni bħal dawk tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ tali regoli speċifiċi.
(13) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p.1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2012:351:TOC