Navigering
GDPR > Artikolu 43. Korpi ta' ċertifikazzjoni
Hämta PDF

Artikolu 43 RĠPD (GDPR). Korpi ta' ċertifikazzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-awtorità superviżorja kompetenti taħt l-Artikoli 57 u 58, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li għandhom livell xieraq ta’ għarfien espert fir-rigward tal-protezzjoni tad-data għandhom, wara li jinfurmaw l-awtorità superviżorja sabiex din tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 58(2) fejn meħtieġ, joħorġu u jġeddu ċertifikazzjoni. Stat Membru għandu jiżgura li dawk il-korpi ta’ ċertifikazzjoni huma akkreditati minn waħda jew wieħed, jew mit-tnejn, li ġejjin:

Skälen

(100) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma' dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni u siġilli u marki ta' protezzjoni tad-data, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-data li jivvalutaw rapidament il-livell ta' protezzjoni tad-data ta' prodotti u servizzi rilevanti.

Relaterade texter

(a) l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56;

Relaterade texter

(b) il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni msemmi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) f’konformità ma’ EN-ISO/IEC 17065/2012 u mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56.

Relaterade texter

(20) Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2015:241:TOC

2. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu akkreditati skont dak il-paragrafu biss fejn ikunu:

(a) wrew l-indipendenza u l-għarfien espert tagħhom b’rabta mas-suġġett taċ-ċertifikazzjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja kompetenti;

(b) impenjaw ruħhom li jirrispettaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) u approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew mill-Bord, skont l-Artikolu 63, il-Bord;

Relaterade texter

(c) stabbilixxew proċeduri għall-ħruġ, ir-rieżami perjodiku u l-irtirar ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki tal-protezzjoni tad-data;

(d) stabbilixxew proċeduri u strutturi biex jindirizzaw lmenti dwar ksur taċ-ċertifikazzjoni jew il-mod li bih iċ-ċertifikazzjoni ġiet, jew qed tiġi, implimentata mill-kontrollur jew il-proċessur, u biex jagħmlu trasparenti dawk il-proċeduri u l-istrutturi għas-suġġetti tad-data u għall-pubbliku; u

(e) wrew għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja kompetenti, li l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom ma jirriżultawx f’konflitt ta’ interessi.

3. L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi ta’ kriterji approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew, mill-Bord, skont l-Artikolu 63. Fil-każ ta’ akkreditazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkomplementaw dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-regoli tekniċi li jiddeskrivu l-metodi u l-proċeduri tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

Relaterade texter

4. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli mill-valutazzjoni tajba li twassal għaċ-ċertifikazzjoni jew l-irtirar ta’ tali ċertifikazzjoni mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-kontrollur jew il-proċessur għall-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-akkreditazzjoni għandha tinħareġ għal perijodu massimu ta’ ħames snin u tista’ tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet sakemm il-korp ta’ ċertifikazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti bir-raġunijiet għall-għoti jew l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni mitluba.

6. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f’forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord. Il-Bord għandu jiġbor il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni kollha u s-siġilli tal-protezzjoni tad-data kollha f’reġistru u għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku bi kwalunkwe mezz xieraq.

Relaterade texter

7. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu VIII, l-awtorità superviżorja kompetenti jew il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni għandu jirtira akkreditazzjoni ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni ma jiġu sodisfatti jew m’għadhomx jiġu sodisfatti, jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp ta’ ċertifikazzjoni jiksru dan ir-Regolament.

8. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 92, għall-fini li tispeċifika r-rekwiżiti li għandu jittieħed kont tagħhom għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 42(1).

Relaterade texter

9. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw standards tekniċi għal mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u għal siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-data, u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 93(2).

Relaterade texter