Navigering
GDPR > Artikolu 90. Obbligi ta' segretezza
Hämta PDF

Artikolu 90 RĠPD (GDPR). Obbligi ta' segretezza

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi biex jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji stipulati fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 58(1) b’rabta ma’ kontrolluri jew proċessuri li jkunu soġġetti, taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali, għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta’ segretezza fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi rrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali mal-obbligu ta’ segretezza. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ data personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva b’riżultat ta’ jew kiseb f’attività koperta minn dak l-obbligu ta’ segretezza.

Relaterade texter

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni r-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sal-25 ta’ Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Skälen Lämna en kommentar
Skälen

(164) Fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji biex jiksbu l-aċċess mill-kontrollur jew mill-proċessur għad-data personali u aċċess għall-bini tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jadottaw permezz ta' liġi, fil-limiti ta' dan ir-Regolament, regoli speċifiċi sabiex jissalvagwardjaw l-obbligi professjonali jew obbligi ta' segretezza oħrajn ekwivalenti, dment li dan ikun meħtieġ sabiex id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jkun irrikonċiljat mal-obbligu ta' segretezza professjonali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi eżistenti tal-Istati Membri li jadottaw regoli dwar is-segretezza professjonali fejn ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni.

Lämna en kommentar
[js-disqus]