Navigasjon
GDPR > Artikolu 93. Proċedura ta' kumitat
Last ned PDF

Artikolu 93 RĠPD (GDPR). Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Fortalepunkter Legg igjen en kommentar
Fortalepunkter

(167) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previsti minn dan ir-Regolament. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(168) Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar klawżoli kuntrattwali standard bejn il-kontrolluri u l-proċessuri u bejn il-proċessuri; il-kodiċijiet ta' kondotta; standards tekniċi u mekkaniżmi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta' protezzjoni li tingħata minn pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali; klawżoli standard ta' protezzjoni; formati u proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet superviżorji għal regoli korporattivi vinkolanti; assistenza reċiproka; u arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet superviżorji, u bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Bord.

(169) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih fejn l-evidenza disponibbli turi li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jiżgurax livell adegwat ta' protezzjoni, u raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan.

Legg igjen en kommentar
[js-disqus]