Artikolu 16 RĠPD (GDPR). Dritt għar-rettifika
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur mingħajr dewmien żejjed ir-rettifika ta’ data personali li tikkonċerna lilu li ma tkunx eżatta. B’kont meħud tal-għanijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-data personali mhux kompluta, inkluż billi jipprovdi dikjarazzjoni supplimentari.
Artikolu 17 RĠPD (GDPR). Dritt għal tħassir (“dritt li wieħed jintesa”)
1. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ data personali dwaru mingħajr dewmien żejjed u l-kontrollur għandu l-obbligu li jħassar data personali mingħajr dewmien żejjed jekk tkun tapplika waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
[…]
Artikolu 18 RĠPD (GDPR). Dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar
1. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-restrizzjoni tal-ipproċessar fejn tkun tapplika waħda minn dawn:
(a) is-suġġett tad-data jikkontesta l-eżattezza tad-data personali, għal perijodu li jippermetti li l-kontrollur jivverifika l-eżattezza tad-data personali;
(b) l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tad-data personali u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;
(c) il-kontrollur ma jkollux aktar bżonn tad-data personali għall-għanijiet tal-ipproċessar, iżda din tkun meħtieġa mis-suġġett tad-data għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali;
(d) is-suġġett tad-data jkun oġġezzjona għall-ipproċessar skont l-Artikolu 21(1) sakemm jiġi vverifikat jekk il-kriterji leġittimi tal-kontrollur jegħlbux dawk tas-suġġett tad-data.
2. Fejn l-ipproċessar jkun ġie ristrett skont il-paragrafu 1, tali data personali tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tiġi pproċessata biss bil-kunsens tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal raġunijiet ta’ interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.
3. Is-suġġett tad-data li kiseb ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont il-paragrafu 1 għandu jiġi infurmat mill-kontrollur qabel ma titneħħa r-restrizzjoni tal-ipproċessar.
(EN) Article 19 includes a notification obligation, which should not be confused with the specific personal data breach notification obligation (article 33). It is a mechanism that gives full effect to other provisions of the General Data Protection Regulation, ensuring that third parties are informed about actions taken by the controller regarding personal data (recital 66).
…
Logg inn
for å få tilgang til hele teksten