Navigáció
GDPR > Artikolu 78. Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja
Letöltés PDF

Artikolu 78 RĠPD (GDPR). Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja li tikkonċernaha.

2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikoli 55 u 56 ma titrattax ilment jew ma tinformax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont l-Artikolu 77.

Kapcsolatok

3. Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja.

4. Fejn jitressqu proċedimenti kontra deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja li kienet preċeduta minn opinjoni jew deċiżjoni tal-Bord fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza, l-awtorità superviżorja għandha tibgħat dik l-opinjoni jew id-deċiżjoni lill-qorti.

Preambulumbekezdése Szólj hozzá
Preambulumbekezdése

(143) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt tagħmel rikors għall-annullament ta' deċiżjonijiet tal-Bord quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 263 tat-TFUE. Bħala destinatarji ta' tali deċiżjonijiet, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li jixtiequ jikkontestawhom, iridu jagħmlu rikors fi żmien xahrejn minn meta jiġu avżati dwarhom, skont l- Artikolu 263 tat-TFUE. Fejn id-deċiżjonijiet tal-Bord huma ta' interess dirett u individwali għal kontrollur, proċessur jew min jagħmel l-ilment, dan tal-aħħar jista' jagħmel rikors għal annullament kontra dawn id-deċiżjonijiet fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit tal-internet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 263 tat-TFUE. Mingħajr preġudizzju għal dan id-dritt skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra deċiżjoni ta' awtorità superviżorja li tipproduċi effetti legali fir-rigward ta' dik il-persuna. Tali deċiżjoni tikkonċerna b'mod partikolari t-tħaddim ta' setgħat investigattivi, korrettivi u ta' awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja jew iċ-ċaħda jew ir-rifjut ta' ilmenti. Madankollu, id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv ma jinkludix miżuri meħudin minn awtoritajiet superviżorji li mhumiex legalment vinkolanti, bħal opinjonijiet maħruġa jew pariri pprovduti mill-awtorità superviżorja. Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja u għandhom jitwettqu skont il-liġi proċedurali ta' dak l-Istat Membru. Dawk il-qrati għandhom iħaddmu l-ġurisdizzjoni sħiħa li għandha tinkludi ġurisdizzjoni biex jiġu eżaminati l-kwistjonijiet kollha ta' fatt u ta' liġi rilevanti għat-tilwim li jitressaq quddiemhom.

Fejn ilment ikun ġie miċħud jew irrifjutat minn awtorità superviżorja, min jagħmel l-ilment jista' jibda proċedimenti quddiem il-qrati fl-istess Stat Membru. Fil-kuntest ta' rimedji ġudizzjarji li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-qrati nazzjonali li jqisu li tinħtieġ deċiżjoni dwar il-kwistjoni biex ikunu jistgħu jagħtu sentenza, jistgħu, jew fil-każ previst fl-Artikolu 267 tat-TFUE, iridu, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni inkluż dan ir-Regolament. Barra minn hekk, fejn deċiżjoni ta' awtorità superviżjorja li timplimenta deċiżjoni tal-Bord tiġi kkontestata quddiem qorti nazzjonali u l-validità tad-deċiżjoni tal-Bord tkun inkwistjoni, dik il-qorti nazzjonali ma għandhiex is-setgħa li tiddikjara d-deċiżjoni tal-Bord bħala invalida iżda trid tirreferi l-kwistjoni tal-validità lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 tat-TFUE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, fejn tqis id-deċiżjoni invalida. Madankollu, qorti nazzjonali ma tistax tirreferi kwistjoni dwar il-validità tad-deċiżjoni tal-Bord fuq it-talba ta' persuna fiżika jew ġuridika li kellha l-opportunità li tagħmel rikors għal annullament ta' dik id-deċiżjoni, b'mod partikolari jekk kienet direttament u individwalment ikkonċernata minn dik id-deċiżjoni, iżda ma kinitx għamlet dan fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 263 tat-TFUE.

Szólj hozzá
[js-disqus]