Navigáció
GDPR > Artikolu 75. Segretarjat
Letöltés PDF

Artikolu 75 RĠPD (GDPR). Segretarjat

1. Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2. Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.

3. Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4. Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta’ Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b’dan ir-Regolament.

5. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.

6. Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b’mod partikolari:

(a) għax-xogħol ta’ kuljum tal-Bord;

(b) għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni;

(c) għall-komunikazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku;

(d) għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;

(e) għat-traduzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti;

(f) għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord;

(g) għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord.

Preambulumbekezdése Szólj hozzá
Preambulumbekezdése

(140) Il-Bord għandu jkollu l-għajnuna ta' segretarjat ipprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet ta', u jirrapporta lill-President tal-Bord.

Szólj hozzá
[js-disqus]