Навигация
GDPR > Artikolu 76. Kunfidenzjalità
Изтегляне на PDF

Artikolu 76 RĠPD (GDPR). Kunfidenzjalità

1. Id-diskussjonijiet tal-Bord għandhom ikunu kunfidenzjali fejn il-Bord iqis li dan ikun meħtieġ, kif previst fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

2. L-aċċess għal dokumenti sottomessi lill-membri tal-Bord, lill-esperti u lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għandu jkun regolat mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(21) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2001:145:TOC