Nawigacja
RODO > Artikolu 83. Kondizzjonijiet ġenerali biex jiġu imposti multi amministrattivi
Pobierz jako plik PDF

Artikolu 83 RĠPD (GDPR). Kondizzjonijiet ġenerali biex jiġu imposti multi amministrattivi

1. Kull awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6 għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva f’kull każ individwali.

2. Il-multi amministrattivi għandhom, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, jiġu imposti flimkien ma’, jew minflok, miżuri msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 58(2). Meta jiġi deċiż jekk għandiex tiġi imposta multa amministrattiva u jiġi deċiż l-ammont tal-multa amministrattiva, f’kull każ individwali, għandha tingħata konsiderazzjoni dovuta lil dawn li ġejjin:

Powiązane teksty

(a) in-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur b’kont meħud tan-natura, l-ambitu jew il-fini tal-ipproċessar ikkonċernat kif ukoll l-għadd ta’ suġġetti tad-data affettwati u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom;

(b) il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kontrollur jew il-proċessur biex jittaffa d-dannu mġarrab mis-suġġetti tad-data;

(d) il-grad ta’ responsabbiltà tal-kontrollur jew il-proċessur b’kont meħud tal-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnu skont l-Artikoli 25 u 32;

Powiązane teksty

(e) kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-kontrollur jew il-proċessur;

(f) il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja, sabiex jiġi rimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur;

(g) il-kategoriji ta’ data personali affettwati mill-ksur;

(h) il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtorità superviżorja, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun hekk il-każ sa fejn, il-kontrollur jew il-proċessur innotifika l-ksur;

(i) fejn miżuri msemmija fl-Artikolu 58(2), ikunu ġew ordnati minn qabel kontra l-kontrollur jew il-proċessur ikkonċernat fir-rigward tal-istess suġġett, il-konformità ma’ dawk il-miżuri;

Powiązane teksty

(j) l-aderenza mal-kodiċijiet approvati ta’ kondotta skont l-Artikolu 40 jew mal-mekkaniżmi approvati ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 42; u

(k) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ, bħal benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telfiet evitati, direttament jew indirettament, mill-ksur.

3. Jekk kontrollur jew proċessur, intenzjonalment jew b’negliġenza, għall-istess operazzjonijiet ta’ pproċessar jew għal dawk b’rabta ma’ xulxin, jikser diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ammont totali tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-ammont speċifikat għall-ksur l-aktar gravi.

4. Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandu, f’konformità mal-paragrafu 2a, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 2 &#37 tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:

Wytyczne & Case Law

(a) l-obbligi tal-kontrollur u tal-proċessur skont l-Artikoli 8, 11, 25 sa 39 u 42 u 43;

Powiązane teksty

(b) l-obbligi tal-korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikoli 42 u 43;

(c) l-obbligi tal-korp ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 41(4);

Powiązane teksty

5. Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandu, f’konformità mal-paragrafu 2a, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 &#37 tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:

Wytyczne & Case Law

(a) il-prinċipji bażiċi għall-ipproċessar, inklużi l-kondizzjonijiet għal kunsens, skont l-Artikoli 5, 6, 7 u 9;

Powiązane teksty

(b) id-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 12 sa 22;

Powiązane teksty

(c) it-trasferimenti ta’ data personali lil riċevitur f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikoli 44-49;

Powiązane teksty

(d) kwalunkwe obbligu skont il-liġi tal-Istat Membru adottat taħt il-Kapitolu IX;

(e) nuqqas ta’ konformità ma’ ordni jew limitazzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ data mill-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 58(2) jew nuqqas milli jingħata aċċess bi ksur tal-Artikolu 58(1).

Powiązane teksty

6. Nuqqas ta’ konformità ma’ ordni mill-awtorità superviżjorja kif imsemmija fl-Artikolu 58(2) għandu, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.

Powiązane teksty

7. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat korrettivi ta’ awtoritajiet superviżorji skont l-Artikolu 58(2), kull Stat Membru jista’ jistipula r-regoli dwar jekk u sa fejn multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq awtoritajiet jew korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

Powiązane teksty

8. L-eżerċizzju mill-awtorità superviżorja tas-setgħat tagħha taħt dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali xierqa f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru, inklużi rimedju ġudizzjarju u proċess dovut effettivi.

9. Fejn is-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-multa tinbeda mill-awtorità superviżorja kompetenti u tiġi imposta minn qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi imposti mill-awtoritajiet superviżorji. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li huma jadottaw skont dan il-paragrafu sal-25 ta’ Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

Motywy Wytyczne & Case Law zostaw komentarz
Motywy

(148) Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu imposti pieni inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, flimkien mal-miżuri adatti imposti mill-awtorità superviżorja skont dan ir-Regolament jew minflokhom. F'każ ta' ksur minuri jew jekk il-multa li x'aktarx li tiġi imposta tikkostitwixxi piż sproporzjonat għal persuna fiżika, tista' tinħareġ twissija minflok multa. Madankollu, għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għan-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali tal-ksur, l-azzjonijiet meħuda biex itaffu d-danni sofruti, il-grad ta' responsabbiltà jew kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti, il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtorità superviżorja, il-konformità ma' miżuri ordnati kontra l-kontrollur jew il-proċessur, l-aderenza għal kodiċi ta' kondotta u kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor. L-impożizzjoni ta' pieni inklużi multi amministrattivi għandha tkun soġġetta għal salvagwardji proċedurali adatti f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-Karta, inkluż protezzjoni ġudizzjarja effettiva u proċess ġust.

(150) Sabiex issaħħaħ u tarmonizza l-pieni amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa li timponi multi amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f'kull każ individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b'mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Fejn il-multi amministrattivi jiġu imposti fuq intrapiża, “intrapriża” għandha tinftiehem bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE għal dawk il-finijiet. Fejn jiġu imposti multi amministrattivi fuq persuni li mhumiex intrapiża, l-awtorità superviżorja għandha tieħu kont tal-livell ġenerali tal-introjtu fl-Istat Membru kif ukoll tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna meta jiġi kkunsidrat ammont adatt għall-multa. Il-mekkaniżmu ta' konsistenza jista' jintuża wkoll biex jippromwovi applikazzjoni konsistenti tal-multi amministrattivi. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx ikunu soġġetti għal multi amministrattivi u sa liema punt. L-impożizzjoni ta' multa amministrattiva jew l-għoti ta' twissija ma taffettwax l-applikazzjoni ta' setgħat oħrajn tal-awtoritajiet superviżorji jew ta' pieni oħrajn taħt dan ir-Regolament.

(151) Is-sistemi legali tad-Danimarka u l-Estonja ma jippermettux multi amministrattivi kif stipulati f'dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar il-multi amministrattivi jistgħu jiġu applikati b'tali mod li fid-Danimarka l-multa tkun imposta mill-qrati nazzjonali kompetenti bħala piena kriminali u fl-Estonja l-multa tkun imposta mill-awtorità superviżorja fil-qafas ta' proċedura għal reati minuri, dment li tali applikazzjoni tar-regoli f'dawk l-Istati Membri jkollha l-effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi imposti mill-awtoritajiet superviżorji. Għaldaqstant il-qrati nazzjonali kompetenti għandhom iqisu r-rakkomandazzjoni tal-awtorità superviżorja li tkun qed tibda l-multa. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Wytyczne & Case Law zostaw komentarz
[js-disqus]