Suunnistus
GDPR > Artikolu 86. Ipproċessar u aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali
Lataa PDF

Artikolu 86 RĠPD (GDPR). Ipproċessar u aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali

Id-data personali f’dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jew korp privat għat-twettiq ta’ kompitu li jitwettaq fl-interess pubbliku tista’ tiġi żvelata mill-awtorità jew il-korp f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li għaliha tkun soġġetta l-awtorità jew il-korp pubbliku sabiex jiġi rikonċiljat l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali mad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali skont dan ir-Regolament.

Perustelukappaleet Liittyvä artikkeli Jätä kommentti
Perustelukappaleet

(154) Dan ir-Regolament jippermetti li jittieħed kont tal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali jista' jitqies bħala interess pubbliku. Id-data personali f'dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku għandha tkun tista' tiġi żvelata minn dik l-awtorità jew dan il-korp jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li tirregola lil dik l-awtorità pubblika jew dak il-korp pubbliku. Tali liġijiet għandhom jirrikonċiljaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali u l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u għalhekk jistgħu jipprevedu r-rikonċiljazzjoni meħtieġa mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont dan ir-Regolament. Ir-referenza għall-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi għandha f'dak il-kuntest tinkludi l-awtoritajiet kollha jew korpi oħra koperti bil-liġi ta' Stat Membru dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tħalli intatt u bl-ebda mod ma tolqot il-livell ta' protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru, u b'mod partikolari ma tibdilx l-obbligi u d-drittijiet stipulati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dik id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dokumenti li għalihom l-aċċess huwa eskluż jew ristrett minħabba r-reġimi ta' aċċess għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-data personali, u partijiet ta' dokumenti aċċessibbli permezz ta' dawk ir-reġimi li fihom data personali li l-użu mill-ġdid tagħha ġie previst mil-liġi bħala inkompatibbli mal-liġi rigward il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

(14) Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p.90). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2003:345:TOC

Liittyvä artikkeli Jätä kommentti
[js-disqus]