Suunnistus
GDPR > Artikolu 65. Soluzzjoni għat-tilwim mill-Bord
Lataa PDF

Artikolu 65 RĠPD (GDPR). Soluzzjoni għat-tilwim mill-Bord

1. Sabiex jiżgura l-applikazzjoni korretta u konsistenti ta’ dan ir-Regolament f’każijiet individwali, il-Bord għandu jadotta deċiżjoni vinkolanti fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn, f’każ imsemmi fl-Artikolu 60(4), awtorità superviżorja kkonċernata tkun qajmet oġġezzjoni rilevanti u motivata għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità ewlenija jew l-awtorità ewlenija tkun ċaħdet tali oġġezzjoni għar-raġuni li ma tkunx rilevanti jew motivata. Id-deċiżjoni vinkolanti għandha tikkonċerna l-kwistjonijiet kollha li jkunu s-suġġett tal-oġġezzjoni rilevanti u motivata, b’mod partikolari jekk ikunx hemm ksur ta’ dan ir-Regolament;

Liittyvä artikkeli

(b) fejn ikun hemm fehmiet konfliġġenti dwar liema mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati tkun kompetenti għall-istabbiliment ewlieni;

(c) fejn awtorità superviżorja kompetenti ma titlobx l-opinjoni tal-Bord fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 64(1), jew ma ssegwix l-opinjoni tal-Bord maħruġa taħt l-Artikolu 64. F’dak il-każ, kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew il-Kummissjoni tista’ tikkomunika l-kwistjoni lill-Bord.

Liittyvä artikkeli

2. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata fi żmien xahar mir-riferiment tas-suġġett minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż għal xahar ieħor filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità tas-suġġett. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun motivata u indirizzata lill-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kollha u tkun vinkolanti għalihom.

3. Fejn il-Bord ma setax jadotta deċiżjoni fil-perijodi msemmija fil-paragrafu 2, huwa għandu jadotta d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn wara l-iskadenza tat-tieni xahar imsemmi fil-paragrafu 2 b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord. Fejn ikun hemm qasma indaqs bejn il-membri tal-Bord, id-deċiżjoni għandha tiġi adottata permezz tal-vot tal-President tiegħu.

4. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati m’għandhomx jadottaw deċiżjoni dwar is-suġġett ippreżentat lill-Bord skont il-paragrafu 1 matul il-perijodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

5. Il-President tal-Bord għandu jinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Bord mingħajr dewmien wara li l-awtorità superviżorja tkun innotifikat id-deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 6.

6. L-awtorità superviżorja ewlenija jew, skont kif ikun il-każ, l-awtorità superviżorja li quddiemha jitressaq l-ilment, għandha tadotta d-deċiżjoni finali tagħha abbażi tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar wara li l-Bord jkun innotifika d-deċiżjoni tiegħu. L-awtorità superviżorja ewlenija jew, skont kif ikun il-każ, l-awtorità superviżorja li quddiemha jitressaq l-ilment, għandha tinforma lill-Bord dwar id-data meta d-deċiżjoni finali tagħha tkun ġiet innotifikata lill-kontrollur jew il-proċessur u lis-suġġett tad-data rispettivament. Id-deċiżjoni finali tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandha tiġi adottata taħt it-termini tal-Artikolu 60(7), (8) u (9). Id-deċiżjoni finali għandha tirreferi għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tispeċifika li d-deċiżjoni msemmija f’dak il-paragrafu ser tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Bord f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni finali.

Liittyvä artikkeli
Perustelukappaleet Ohjeita & oikeuskäytäntö Jätä kommentti
Perustelukappaleet

(136) Fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' konsistenza, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, f'perijodu ta' żmien stabbilit, jekk dan jiġi deċiż mill-maġġoranza tal-membri tiegħu jew jekk jintalab jagħmel dan minn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew mill-Kummissjoni. Il-Bord għandu jkollu wkoll is-setgħa li jadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti fejn ikun hemm tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji. Għal dak il-għan, huwa għandu joħroġ, fil-prinċipju b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, deċiżjonijiet legalment vinkolanti f'każijiet speċifikati b'mod ċar fejn ikun hemm fehmiet konfliġġenti fost l-awtoritajiet superviżorji, b'mod partikolari fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar il-merti tal-każ, b'mod partikolari jekk kienx hemm ksur ta' dan ir-Regolament.

Ohjeita & oikeuskäytäntö Jätä kommentti
[js-disqus]