导航
GDPR > Premessa 26
下载PDF

Premessa 26

(26) Il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

Id-data personali li tkun għaddiet minn psewdonimizzazzjoni, li tista’ tiġi attribwita lil persuna fiżika bl-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, għandha titqies bħala informazzjoni dwar persuna fiżika identifikabbli.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna fiżika hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment x’aktarx ikunu jintużaw, bħas-singolarizzazzjoni, mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex persuna fiżika tiġi identifikata direttament jew indirettament.

Sabiex jiġi aċċertat liema mezzi huma raġonevolment mistennija jintużaw għall-identifikazzjoni tal-persuna fiżika, għandu jittieħed kont tal-fatturi oġġettivi kollha, bħall-ispejjeż tal-identifikazzjoni u l-ammont ta’ żmien meħtieġ għall-identifikazzjoni, b’kont meħud tat-teknoloġija disponibbli fil-mument tal-ipproċessar u tal-iżviluppi teknoloġiċi.

Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data m’għandhomx għalhekk japplikaw għall-informazzjoni anonima, jiġifieri informazzjoni li mhijiex marbuta ma’ persuna fiżika identifikat jew identifikabbli jew għal data personali li ssir anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx jew ma jkunx għadu identifikabbli.

Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma jikkonċernax l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni anonima, inkluż għal finijiet ta’ statistika jew ta’ riċerka.

專家評論 相关文章 指南和案例法 发表评论
專家評論

(EN) Anonymisation should not be confused with depersonalization in the meaning adopted in the Russian Federation. In accordance with Article 3 of the Federal Personal Data Act No. 152-FZ of 27 July 2006 (in the wording of 31 January 2017) «depersonalization of personal data» means actions as a result of which it becomes impossible to determine the belonging of personal data to a specific subject of personal data without using an additional information. Under the GDPR the term «anonymisation» means…


访问全文

(EN) Author
Siarhei Varankevich
(EN) Siarhei Varankevich CIPP/E, CIPM, CIPT, MBA, FIP
FIP_IAPP
(EN) Co-Founder & CEO of Data Privacy Office LLC. Data Protection Trainer and Principal Consultant
相关文章 指南和案例法 发表评论
[js-disqus]