Navigation
GDPR > Premessa 163
Download PDF

Premessa 163

(163) L-informazzjoni kunfidenzjali li l-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jiġbru għall-produzzjoni tal-istatistika uffiċjali Ewropea u dik nazzjonali għandha tiġi protetta.

L-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mqassma f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika kif stabbiliti fl-Artikolu 338(2) tat-TFUE, filwaqt li l-istatistika nazzjonali għandha tkun konformi wkoll mal-liġi tal-Istat Membru.

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tipprovdi aktar speċifikazzjonijiet rigward il-kunfidenzjalità tal-istatistika għall-istatistika Ewropea.

(16) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2009:087:TOC