Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 78
Download PDF

Premessa 78

Recital 78

(78) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali titlob li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tar-Regolament jiġu sodisfatti.

Sabiex ikun jista’ juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku.

Tali miżuri jistgħu jikkonsistu fost l-oħrajn fil-minimizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, il-psewdonimizzazzjoni tad-data personali malajr kemm jista’ jkun, it-trasparenza fir-rigward tal-funzjonijiet u l-ipproċessar ta’ data personali, li jippermetti li s-suġġett tad-data jissorvelja l-ipproċessar tad-data, li jippermetti lill-kontrollur biex joħloq u jtejjeb il-karatteristiċi tas-sigurtà.

Meta jiżviluppaw, ifasslu, jagħżlu u jużaw applikazzjonijiet, servizzi u prodotti li huma bbażati fuq l-ipproċessar tad-data personali jew li jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompitu tagħhom, il-produtturi tal-prodotti, tas-servizzi u tal-applikazzjonijiet għandhom ikunu mħeġġa jikkunsidraw id-dritt għall-protezzjoni tad-data meta jiżviluppaw u jfasslu tali prodotti, servizzi u applikazzjonijiet u, filwaqt li jqisu l-ogħla livell, biex ikun żgurat li l-kontrolluri u l-proċessuri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom tal-protezzjoni tad-data.

Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u awtomatikament għandhom jitqiesu wkoll fil-kuntest ta’ offerti pubbliċi.

(78) The protection of the rights and freedoms of natural persons with regard to the processing of personal data require that appropriate technical and organisational measures be taken to ensure that the requirements of this Regulation are met.

In order to be able to demonstrate compliance with this Regulation, the controller should adopt internal policies and implement measures which meet in particular the principles of data protection by design and data protection by default.

Such measures could consist, inter alia, of minimising the processing of personal data, pseudonymising personal data as soon as possible, transparency with regard to the functions and processing of personal data, enabling the data subject to monitor the data processing, enabling the controller to create and improve security features.

When developing, designing, selecting and using applications, services and products that are based on the processing of personal data or process personal data to fulfil their task, producers of the products, services and applications should be encouraged to take into account the right to data protection when developing and designing such products, services and applications and, with due regard to the state of the art, to make sure that controllers and processors are able to fulfil their data protection obligations.

The principles of data protection by design and by default should also be taken into consideration in the context of public tenders.