Navigatsioon
Allalaadimine

Premessa 87

(87) Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati biex jiġi stabbilit immedjatament jekk seħħitx vjolazzjoni ta’ data personali u biex jiġu informati minnufih l-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data.

Il-fatt li n-notifika saret mingħajr dewmien żejjed għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari n-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni tad-data personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-data.

Notifika bħal din tista’ tirriżulta f’intervent mill-awtorità superviżorja f’konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament.