Πλοήγηση
GDPR > Artikolu 66. Proċedura ta' urġenza
Μεταφόρτωση

Artikolu 66 RĠPD (GDPR). Proċedura ta' urġenza

1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità superviżorja kkonċernata tqis li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tipproteġi id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, hija tista’, b’deroga mill-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikoli 63, 64 u 65a jew il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60, tadotta minnufih miżuri proviżorji maħsuba biex jipproduċu effetti legali fit-territorju tagħha stess b’perijodu speċifikat ta’ validità li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità superviżorja għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri u r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħhom, lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra, lill-Bord u lill-Kummissjoni.

Σχετικά Άρθρα

2. Fejn awtorità superviżorja tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1 u tqis li miżuri finali jinħtieġu jiġu adottati b’mod urġenti, hija tista’ titlob opinjoni urġenti jew deċiżjoni vinkolanti urġenti mill-Bord, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ tali opinjoni jew deċiżjoni.

3. Kwalunkwe awtorità superviżorja tista’ titlob opinjoni urġenti jew deċiżjoni vinkolanti urġenti, skont kif ikun il-każ, mill-Bord fejn awtorità superviżorja kompetenti ma tkunx ħadet miżura xierqa f’sitwazzjoni fejn ikun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ tali opinjoni jew deċiżjoni, inkluż għall-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni.

4. B’deroga mill-Artikolu 64(3) u l-Artikolu 65(2), opinjoni urġenti jew deċiżjoni vinkolanti urġenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien ġimagħtejn permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord.

Σχετικά Άρθρα
Αιτιολογικές σκέψεις Οδηγίες & Νομολογία Αφήστε ένα σχόλιο
Αιτιολογικές σκέψεις

(137) Jista' jkun hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, b'mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta' dritt ta' suġġett tad-data jista' jiġi mfixkel b'mod konsiderevoli. Għaldaqstant, awtorità superviżorja għandha tkun tista' tadotta miżuri proviżorji debitament ġustifikati fit-territorju tagħha b'perijodu speċifiku ta' validità li m'għandux jaqbeż tliet xhur.

Οδηγίες & Νομολογία Αφήστε ένα σχόλιο
[js-disqus]